Merħba!
Min aħna?
Il-Higher Secondary hija skola post-sekondarja (sixth form) li toffri tliet korsijiet, għal studenti li jġibu minn 2 O`levels `il fuq. Nitkellmu fuq il-korsijiet li noffru fil-ħarga li jmiss.
Għal min hi l-Higher Secondary?
Il-Higher Secondary hija għal kull student jew studenta li tixtieq tkompli tistudja suġġetti akkademici li jwasslu l-istudenti biex jibdew korsijiet oħra ġewwa l-Universita` ta’ Malta, l-ITS, l-MCAST, jew istituzjonijiet ohra.
Għaliex għandi nagħżel il-Higher Secondary?
Il-Higher Secondary hija magħrufa għas-servizz professjonali u personalizzat li
toffri lill-istudenti tagħha.
Il-klassijiet tagħna ma jkollhomx aktar minn 25 student biex b’hekk l-istudent
jingħata attenzjoni individwali.
Jeżistu ħafna facilitajiet għall-istudenti, bħal gym, żewġ libreriji,IT labs u subject
rooms,biex ikunu jistgħu jiżvillupaw it-talenti tagħhom
Attivitajiet Extrakurrikulari
Dawn huma ftit eżempji
ta’ attivitajiet li jsiru ġo l-iskola matul is-sena. L- għan hu li tieħdu idea ta’ kemm il-Higher
Secondary timmira lejn l-iżvilupp ħolisitiku tal-istudenti tagħha.
Careers Fair
F’din l-attivita`,
li ddum għaddejja tlett ijiem,
l-istudenti jkollhom iċ-ċans li jisimgħu preżentazzjonijiet minn nies
differenti f’karrieri differenti. Ikun
hawn ukoll stands armati dwar karrieri u istituzzjonijiet post-sekondarji /
terzjarji differenti
Concerts
Issiru żewġ
concerts mill-istudenti għall-istudenti: wieħed fil-Milied u l-ieħor
fil-Karnival. Kull min għandu xi talent
ikun inkoraġġiet li jieħu sehem
Quddies
Minbarra
l-funzjonijiet reliġjużi li jsiru fl-iskola, darba fil-ġimgħa ikun hawn quddies
għall-istudenti li jkunu jixtiequ jipparteċipaw.
Gigs unplugged
Bands żgħar jingħataw l-opportunita` li jorgannizzaw gigs qosra
fil-break biex jesponu t-talent u
x-xogħol tagħhom.
L-istudenti
kollha ta’ l-Arti jkollhom iċ-ċans jesibixxu
x-xogħol tagħhom f’attivita` imtella’ mill-għalliema.
Diversi tournaments isiru fi sports differenti,
bħal basketball, football u tabletennis.
Human Library
Attivita`
imtella’ mid-dipartiment tas-Soċjoloġija fejn nies b’kulturi u esperjenzi
differenti jitkellmu mal-istudenti u jaqsmu l-ideat u l-istejjer tagħhom.
Library Week
Din hi ġimgħa
fejn fil-librerija jkun hemm attivitajiet varji biex l-istudent jorjenta ruħu
ma’ lingwi u kulturi differenti.
F’din l-attivita`, l-istudenti li jkunu qed jistudjaw
id-drama jtellgħu spettaklu mill-isbaħ fejn jeżibixxu t-talent tagħhom.
No comments:
Post a Comment