Wednesday, 23 October 2013

Visit to the Malta Police Force Museum


 
 
 
 
 
 
 
   
 
Il-mużew tal-Pulizija
           
 
 
 
 

 

 
Il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija ġie mibni mill-Gran Mastru Portugiż Manoel De Vilhena fl-1734 u kien jintuża bħala istitut imsejjaħ ‘Casa D’Industria’, fejn xbejbiet li ma kellhomx fejn joqgħodu kienu jinġabru u jgħixu hawn. Kienu jitgħalmu jaqraw u jiktbu u wkoll jitħarġu f’xi sengħa fosthom l-insiġ, il-ħalg u l-iproċessar tal-qoton.

Fi żmien l-Ingliżi u propju fl-1850 dan il-bini serva ukoll bħala l-Isptar Ġentrali.  Taħt dan il-bini hemm xelter li kien tħaffer fil-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija biex ġewwa fih jikkuraw pazjenti li mhux faċilment kont tkun tista’ iċċaqlaqhom minn post għall-ieħor waqt bumbardament mill-ajru.  L-pazjenti għalhekk setgħu jitħallew hawn għall-kenn u sigurta mill-bombi.  Immaġina xkien jiġri li kieku waqt xi operazzjoni medika, ikollhom jieqfu minħabba bumbardament. Għalhekk ġewwa x-xelter insibu żewġ tijatri tal-operazzjonijiet. Interessanti wkoll li  huwa l-uniku xelter f’Malta li kien jintuża għal dan l-iskop. U mhux f’Malta biss, għax safejn hu magħruf m’hawn ebda sptar fil-kontinent mibni jew imħaffer taht l-art b’dan il-mod. 

 

Fl-1954 imbaghad, il-Korp tal-Pulizija gie f’dan il-bini biex għamel minnu l-kwartieri generali, minn fejn għadu jmexxi  sal-lum il-gurnata.

L-Korp tal-Pulizija  ta’ Malta twaqqaf nhar it-12 ta’ Lulju tal-1814 u l-ewwel kmandant tiegħu li kien jissejjaħ l-ispettur generali – illum il-Kummissarju - kien il-Konti Kurunell Francesco Rivarola. Dan kien maħtur mill-ewwel Gvernatur ta’ Malta, Sir Thomas Maitland. Bħala Korp tal-Pulizija nistgħu ngħidu li hu, tal-għanqas fl-Ewropa, l-eqdem Korp imwaqqaf b’kostituzzjoni, jiġifieri t-tmexxija tiegħu hija waħda ċivili u mhux taħt xi forma militari bħal ma kellhom ħafna pajjiżi oħra.  Din il-kostituzzjoni toħrog mill-proklama tal-istess Gvernatur,  li kopja originali tagħha tinsab fil-mużew. 

 

Dan il-mużew għandu żewġ taqsimiet u kull taqsima qeda ġo sala għaliha.  L-ewwel taqsima hija tal-istorja amministrattiva tal-Korp u l-parti l-oħra dik ta’ xi wħud mill-każijiet kriminali.

Fl-ewwel parti, wieħed jara diversi affarijiet u attrezzamenti bħal ma’ huma uniformijiet, armi emblemiċi, medalji, dekorazzjonijiet, armi tan-nar u diversi affarijiet oħra fosthom għodod  u mezzi  tat-trasport li lkoll kienu neċessarji u wżati fi żminijiet differenti biex il-Pulizija dejjem qdiet dmira bl-aħjar mod li setgħet.

Fit-tieni parti wieħed jara xeni ta’ reat differenti minn diversi delitti li saru f’Malta...

 

No comments:

Post a Comment